U baqa' s-skiet madwari Flashcards
Din il-poeżija hija
ddominata mill-kuntrast bejn il-kelma u n-nuqqas tagħha.
L-identita’ tal-persuna li jindirizza matul il-poeżija
tibqa mistura.
Friggieri, li bħala poeta
poeta huwa mdorri jħaddem il-kelma biex iwassal l-emozzjonijiet tiegħu jinsisti fuq l-użu ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni: “Sellimtlek” u “Għannejtlek”.
Minkejja dawn it-tentattivi kollha,
il-poeta jġarrab il-falliment tal-lingwa għaliex fl-aħħar strofa joħroġ rebbieħ “is-skiet”.
Hemm frażijiet li jissuġġerixxu
li l-persuna ma tistax twieġbu għax mietet: “kruha tal-imwiet” u “inti ma ġejt qatt”.
Il-motiv
tas-“skiet” li jispikka sa mit-titlu ta’ din il-poeżija huwa rappreżentazzjoni metaforika tas-solitudni li jġarrab il-ħaj, konsegwenza tal-mewt tal-għeżież.
Fit-tmiem tal-poeżija,
il-ħsieb tal-imħabba jirbaħ fuq in-negattivita’ li għoddha ħakmet totalment il-burdata tal-poeta; iżda l-verita’ ħarxa hija li l-persuna li l-poeta baqa’ jħobb “qatt” mhi se terġa’ tiġi lura.
Il-poeżija għalhekk issir
monologu kiebi ta’ persuna li qed tesprimi din l-imħabba lejn persuna oħra li ma turi ebda ħjiel ta’ reazzjoni. Il-poeżija ssir lament ta’ min jaf li fl-aħħar mill-aħħar qiegħed jitkellem waħdu: “għajjatt sakemm smajt leħni / idamdam kullimkien”.