L-akbar mass meeting Flashcards

1
Q

Is-sottotitlu ta’ din il-poeżija,

A

” L-stejjer li rrakkonttawli l-uċuħ huma u mexjin wara d-Duluri” , jispjega b’ċarezza x’qanqal il-kitba ta’ din il-poezija.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
2
Q

Friggieri juża s-sineddoke

A

“l-uċuħ” sabiex jirreferi għan-nies li josservahom f’mument partikolari: “huma u mexjin wara d-Duluri”, mument li kien, u forsi għadu, jirrappreżenta bl-aħjar mod l-identita’ reliġjuża tal-Maltin.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
3
Q

Minkejja li l-purċissjoni tad-Duluri,

A

li jsemmi fis-sottotitlu, hija assoċjata direttament mal-Madonna, il-poeta jagħżel hawnhekk li japostrofizza lil Kristu; huwa jitkellem fuqu bħala figura paradossali u saħansitra dissidenti: “li ksirt il-liġijiet banali kollha” u “li sfidajt l-imperi”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
4
Q

Friggieri jiddefamiljarizza din il-figura ċentrali għall-kultura Nisranija tal-Maltin

A

billi juża wkoll antonomasja li taħsad lill-qarrejja mdorrijin b’titli oħra fil-konfront ta’ Kristu: “Diz-Onorevoli”, “ja dittatur ħanin”, “ja kriminali”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
5
Q

Id-defamiljarizzazzjoni tisseddaq

A

bit-tħaddim tar-reġistru politiku b’aktar kliem li s-soltu ma jintużax f’relazzjoni ma’ Kristu bħal: “mass meeting”,”kostituzzjoni”, parlament”, “elezzjoni” u “votanti”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
6
Q

Il-poeta idealista jemmen li

A

l-identita’ Maltija vera ma tistax tiġi definita bħala “blu jew ħamra” iżda tiġi definita aħjar bħala waħda Nisranija.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
7
Q

Skont Friggieri, ir-reliġjon unika tal-Maltin

A

tfakkar li taħt il-qoxra partiġjana diviżiva, hemm kwalita komuni: “taħt uniformi skomda blu jew ħamra / li ninżgħu biss inkiss inkiss quddiemek / m ‘għandnix ħlief ġilda waħda li tajtna Inti”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
8
Q

Fl-aħħar il-poeta jammetti

A

li l-Maltin ma għarfux il-vera identita’ tagħhom iżda għadhom mogħmijin bil-“fidi” partiġjana: “Iss’ għada jerġgħu jilbsu l-blue jew l-aħmar”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly