Il-Poeta u l-Politiku Flashcards
L-ewwel nofs tal-poeżija,
miktuba fl-ewwel persuna, tesprimi s-sentimenti ġewwiena ta’ “Oliver” innifsu.
Filwaqt, li t-tieni parti tal-poeżija,
miktuba fit-tieni persuna, hija l-perspettiva immaġinarja tal-politiku li ma juriex rispett lejn il-poeta.
Din il-poeżija titqies bħala
metapoeżija għaliex iż-żewġ partijiet jittrattaw l-istess suġġett: Il-poeta stess.
Sa mil-ewwel żewġ versi,
il-poeta jħossu ddisprezzat minnu u juża żewġ metafori deumanizzatriċi biex iwassal dan: “Għax jien għalik nemusa fitta, dudu / li tgħaffġu waqt li taħseb f’xi ħag’oħra”. Għall-politiku, il-poeta huwa biss xkiel li idealment jeħles minnu malajr.
L-epiżewski, ir-retiċenza u l-kliem figurattiv fl-ewwel strofa
jseddqu l-element ta’ angst li jħoss il-poeta eżitanti minħabba li r-relazzjoni mal-politiku twasslu għal kriżi ta’ identita’: “għax jiena, jiena, jiena … / dillierju solitarju f’siegħa sewda”.
Il-leitmotif tas-“siegħa sewda”,
użat f’poeżiji oħra bħal “Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel” u “F’misraħ il-Parlament”, jispjega metaforikament il-burdata negattiva li ħakmet lill-poeta f’dan il-mument ta’ disforija li fih iħossu jitgħaffeġ taħt il-piż tal-ġenn u tas-solitudni (“dillierju solitarju”).
Skont il-perspettiva dejqa tal-politiku,
il- poeta huwa immatur:”Int ibleh, Oliver, int buffu serju,” Hawnhekk nosservaw l-eżemplifikazzjoni ta’ ironija drammatika.