Mal-Fanal hemm ħarstek tixgħel Flashcards
Il-poeta jirrikorri
għall-motiv tal-ħarsa biex jirreferi għas-suġġett femminili li qiegħed japostrofizza bi kliem “ħarstek” u “qalbek”.
Is-suġġett ta’ din il-poeżija enigmatika
jista’ jinftiehem bħala persuna jew inkella xi suġġett astratt bħall-poeżija li qiegħed jiġi ppersonifikat.
Fid-dawl tal-aħħar interpretazzjoni,
“Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel” tista’ titqies bħala metapoeżija għaliex hija poeżija li tirrifletti dwar il-poeżija.
L-ottimiżmu tal-poeta
jiddependi mill-fatt li qalb id-dlam ta’ “dis-siegħa sewda” jispikka l-“fanal” mixgħul, il-metafora posittiva li tista’ tissimbolizza dak kollu li l-poeta huwa għatxan għalih, bħat-tama u l-imħabba.
Għall-poeta dan il-fanal
u s-suġġett implikat huma “mħabbla” f’entita waħda: “Mar-raġġi tal-fanal hemm ħarstek tixgħel / u qalbek ċentufolju mħabbla miegħu”.
Bħalma għamel fil-poeżija
“Ħarstek vjola tkanta”, Friggieri jistieden lis-suġġett jivvjaġġa miegħu bl-inqas tagħbija possibbli: “Ejja / ħa tterraq miegħi ħafja”.
Tul il-poeżija,
lis-suġġett il-poeta jsejjaħlu bi tliet ismijiet jew laqmijiet affettivi
X’inhuma dawn il-laqmijiet?
“Solitudni tal-kwartieri”, “Ruħ li tvenven ġol-irkejjen” u “Żingara tal-misraħ”.