Innu lil tribu' b'żewġ bnadar Flashcards
Din il-poeżija nkitbet
fis-sebgħinijiet, perjodu li Malta rat jitwettqu diversi riformi soċjali fundamentali imma kien ukoll żmien ta’ inkwiet politiku.
Il-poeta jinħass skomdu
“fit-triq tal-ward” u jħoss nuqqas ta’ qbil mal-maġġoranza tan-nies li jħosshom qegħdin jirrifjutawh b’saħħa: “issabbtet f’wiċċi kull persjana”.
F’din il-poeżija tispikka
r-relazzjoni ansjuża tal-poeta ma’ Malta li x’aktarx qiegħed jindirizza matul il-versi tiegħu.
Għalih Malta timplika
l-poplu Malti, timplika dawk li jgħix magħhom kuljum: lil “min barax spalltu miegħi” u lil dawk li tilfu kull tama għax “qed jgħidu li għada ma jisbaħx”.
Il-messaġġi opposti li qiegħed
qiegħed jisma’ miż-żewġ naħat (implikati permezz tal-metonimija taż-“żewġ bnadar” fit-titlu) jħawdu lill-poeta li jħossu barrani f’pajjiżu stess: “Forsi tfixkilt it-triq u din mhix belti”.
Il-poeta jinħakem minn dan is-sentiment ta’
estranejta’ u donnu jitlef it-tama li darba għad iġarrab sens ta’ apartenenza: “għalxejn interraq / nistenna kull persjana terġa’ tiftaħ”.
Friggieri jittama
fil-katarsi: huwa jixxennaq għall-“ħalel nodfa”li jwasslu għat-tisfija totali tal-elementi negattivi li ħassru lill-pajjiż.
Huwa jittama wkoll li xi darba l-poplu
jeħles mis-swidija tad-duwaliżmu politiku permezz tad-dawl implikat fil-kliem “tixgħel” u “fanal” (ir-reġistru tad-dawl użat ukoll fil-poeżija “Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel”)
Il-poeżija tintem bl-avverbju
“forsi” li jevoka mill-ġdid l-angst tal-poeta-ċittadin quddiem il-futur inċert tar-relazzjoni tiegħu ma’ pajjiżu.