Tgħid Din Kumbinazzjoni? Flashcards
L-ewwel stqarrija
li tippreżenta din il-poeżija turi l-fidi soda tal-poeta: “Xi mkien trid tkun bilfors Mulej”.
It-tfittixa ta’ Alla
f’din il-poeżija tfakkarnha fil-poeżija, “Il-Jien u Lil hinn Minnu”, ta’ Dun Karm Psaila.
Bħal Dun Karm,
Friggieri juża l-metafori tad-dlam u d-dawl biex jispjega kif mit-triq imdawla li qabad fil-bidu ta’ ħajtu, bl-intenzjoni li jasal għall-għarfien ta’ Alla, huwa għadda għal triq mudlama li ma twassal għal imkien: “sakemm intlift fi sqaq u dalam”.
It-tama tal-poeta
biex ikollu relazzjoni intima ma’ Alla donnha tiddgħajjef: “jew insejt, Mulej, in-numru ta’ biebi u l-isem stramb tat-triq fejn noqgħod?”.
Nosservaw kif Friggieri
jibża mid-dgħufija tiegħu stess, huwa jibża’ li jitlef darba għal dejjem il-fidi: “Jekk tiġi, ‘kk jogħġbok ejja qabel jidlam”.
Key Quotes
“Xi mkien trid tkun bilfors Mulej”.
“Sakemm intlift fi sqaq u dalam”.
“Jew insejt, Mulej, in-numru ta’ biebi u l-isem stramb tat-triq fejn noqgħod?”.
“Jekk tiġi, ‘kk jogħġbok ejja qabel jidlam”.