Fl-Oċeani t'Għajnejk Flashcards

1
Q

F’ din il-poeżija nsibu lil Oliver Friggieri

A

f’ mument mudlam.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
2
Q

Sa mil-ewwel ftit versi

A

l-qarrejja jintebħu bit-ton ottimista tal-poeta li jittama fl-ispirazzjoni poetika li tfejqu minn dak kollu li jtelliflu l-paċi; fost l-oħrajn il-poeżija tista’ tfejqu mill-inkwiet tal-imgħoddi u tal-ġejjieni: “Fl-oċeani t’għajnejk jegħreq il-mirkeb / tal-bieraħ tiegħi, hawn, f’dirgħajja jinxfu / il-petali tal-fjur li żrajt għal għada”.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
3
Q

L-użu ta’ lessiku

A

marbut mal-ilma bħal “għadajjar” u “oċeani” jseddaq is-sens ta ‘ katarsi peress li l-ilma huwa spiss mifhmum bħala simbolu ta’ tisfija.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
4
Q

Il-poeta solitarju jixtieq

A

il-kumpanija tas-suġġett apostrofizzat li hawnhekk qiegħed jiġi interpretat bħala l-poeżija; il-fatt li l-poeta jantropomorfizza lill-poeżija permezz ta’lessiku bħal: “għajnejk” u “idejk”, ikompli jsaħħaħ l-idea li l-poeta ma jixtieqx jibqa’ waħdu.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
5
Q

Il-poeta li attwalment jinsab

A

f’mument diffiċli hawn deskritt permezz ta’ metafori negattivi assoċjati mal-mewt bħal-“lejl” u bħax-“xefaq mejjet”, jittama li fil-futur qarib ħajtu se taqleb għall-aħjar: “fuq xefaq mejjet ħolma qed titwieled”

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly
6
Q

Il-poeta jaf

A

x’potenzjal għandha l-poeżija (għax huwa jqisha bħala “l-muftieħ”) imma għalissa jista’ biss iħares “fl-oċeani t’għajnejha)” u jistenna.

How well did you know this?
1
Not at all
2
3
4
5
Perfectly