Ribell Ġentili Flashcards
Friggieri jistħajjel
li ibnu kellu quddiemu għażla fundamentali, għażla bejn il-mewt (“Sejjaħlek ħuk”) u l-ħajja (“sejjaħnielek aħna”).
Kif tixhed il-frażi:
għażilt li tmur”, din hija t-tieni esperjenza, ta’ din ix-xorta li ġarrab il-poeta-missier.
Is-sottotilu jispjega
d-differenza sottili bejn iċ-ċirkostanzi għax din id-darba it-“tifel twieled biex imut”, filwaqt li l-ewwel tifel “miet qabel ma twieled”.
Friggieri jistħajjel li dan it-tifel kien se jkollu
spirtu ta’ ribelljoni u ta’ “protesta” forsi għax dan għamel att aktar ribelluż milli għamel ħuh; minkejja l-ġentilezza tiegħu ta’ tarbija ċkejkna, twieled u miet.
L-aħħar tliet kwartini
jagħtu rendikont viżiv ta’ dak li l-poeta-missier ġarrab waqt “IL-funeral bla fjuri” ta ibnu.
Permezz tal-anafora u tal-anadiplosi,
Friggieri jenfasizza ċ-ċokon fiżiku ta’ ibnu f’kuntrast mal-kobor tal-verita’ krudili li kellu jħabbat wiċċu magħha: “Kemm ċkejken dat-tebut…/ Kemm kiefer l-epitaffju: / ‘Dan twieled biex imut’”.
Fl-aħħar parti tal-apostrofi
l-missier jitlob lil ibnu ż-żgħir biex ifittex lil ħuh li miet ftit qabel: “ħallih imexxik hu, ħuk akbar minnek”. Din ix-xena emottiva sservi sabiex sseddaq l-element ta’ patos fil-qarrejja