Karin u Raymond Flashcards
Il-poeżija riflessiva “Karin u Raymond”
hija eleġija ddedikata lil-żewġ żgħazagħ li mietu martri kaġun tal-partiġjaniżmu tal-politika Maltija.
Il-poeta jikteb din il-poeżija
fl-ewwel persuna plural sabiex il-qarejja jistħajlu li qegħdin jiġu indirizzati minn dawn iż-żewġ “għarajjes”, donnu Friggieri ried jgħati leħen lil dawn it-tnejn li inġustament spiċċaw bla leħen.
Fl-immaġinazzjoni ta’ Friggieri
Karin u Raymond tlaqqgħu mid-destin sfortunat tagħhom, hawn deskritt metaforikament bħala ‘żwieġ li ma jixjieħx matul iż-żmien’.
Il-poeta jimmaġina li dawn iż- żewġ vittmi
minn “hawn fuq”, qed jgħassu fuq l-poplu Malti sabiex jaċċertaw li dak li ġara lillhom ma jerġax iseħħ.
Friggieri jistqarr
kif il-‘ħolma’ ta’ Karin u Raymond hija sewwasew il-ħolma tiegħu, dik l-istess ħolma ta’ tiġdid nazzjonali.
Il-poeta joħlom b’realta’ ġdida
pperċepita bħala ‘ħolma bajda’, idea romantika ta’ futur imsaffi mill-kontaminazzjoni tal- partiġjaniżmu.
Għal Friggieri,
l-ikbar żball ikun jekk il-poplu jinsa l-passat tiegħu, kif jixhed il-verb fl-imperttiv ‘la tinsewx’.
Dan il-“kmandament ta’ għada”
jrid jippreserva l-memorja ta’ Karen u Raymond għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri li huma obbligati jħarsu lura u jitgħallmu minn dak li ġarrbu l-ġenerazzjonijiet imgħoddija.