Jekk Flashcards
Tul il-Poeżija
Friggieri jirrepeti l-kondizzjonali “jekk” biex jispekula x’jista’ jiġrilu l-bniedem kieku xi darba jsib ruħu f’sitwazzjoni li m’hemmx aktar x’jiskopri:”tirfes kull mogħdija” u “tgħodos fl-ibħra kollha”.
Friggieri javża l-bniedem
li jekk tħossok li sirt “tifhem” dak li qabel kien mistur għalik, xaktarx li paradossalment tkun ġibt il-qerda tal-eżistenza tiegħek innifsek:”dan l-univers itektek / inqasam hemm, f’riġlejk”.
L-għatx tal-bniedem
għall-iskoperta xjentifika jista’ jwassal għat-twarrib tar-reliġjon bħala konsegwenza, il-bniedem jista’ saħansitra jemmen li jista jagħmel dak li qabel kien mifhum li jagħmel Alla biss: “jekk l-ilmijiet nixxifthom / u lin-nirien qabbad”.
Fl-aħħar strofa,
il-poeta ma jibqax jhewden dwar il-possibbilta’ ta’ konsegwenzi traġiċi “jekk” il-bniedem jiskeb l-għerf
Il-poeta jagħmel għażla
li tqarrbu aktar lejn il-perspettiva Romantika: flokk ir-Raġuni,jissuġġerixxi l-“poeżija” biex il-bniedem jgħix ħajja kuntenta:”Il-ħajja mistoqsija / miġbura f’elf għaliex, / u ssirlek poeżija / jekk int ma tweġibhiex.
Key Quotes
“Tirfes kull mogħdija” u “tgħodos fl-ibħra kollha”
“dan l-univers itektek / inqasam hemm, f’riġlejk”
“jekk l-ilmijiet nixxifthom / u lin-nirien qabbad”
“Il-ħajja mistoqsija / miġbura f’elf għaliex, / u ssirlek poeżija / jekk int ma tweġibhiex.