Hekk biss ikun il-poeta Flashcards
Friggieri jiddedika
din l-eleġija lill-poeta Marjanu Vella.
“Hekk biss ikun poeta” hija
metapoeżija għaliex, bħalma għamel f’“Poeżija għal ommi”, huwa jiddefinixxi kif “ikun poeta” u jirrifletti dwar x’sehem għandha l-poeżija f’ħajtu.
Friggieri, kif diġa’ ssuġġerixxa
fil-poeżija “Fl-oċeani t’għajnejk”, iqis it-tbatija bħala element inseparabbli mill-ħajja tal-poeta
Il-poeta ideali
bħalma kien Vella f’għajnejn Friggieri, huwa dak li “Iweġġa’ bla ma jsawwat” u “fil-kruha jara l-ġmiel”.
Il-ħajja ta’ tbatija li l-poeta sfurzat jgħix
u li jitkellem fuqha f’poeżiji bħal “Poeżija għal ommi”, tiġi llustrata hawn ukoll permezz tar-reġistru tat-tbatija, spiss assoċjat mat-tradizzjoni Nisranija: “iweġġa”, “jissawwat”, “il-kalċi”, “jolfoq”, “il-kurċifiss” u “l-golgota”.
Skont Friggieri
l-poeta solitarju jista’ jsib wens biss fi Kristu, dak l-istess Kristu li bħalu aċċetta “l-kalċi”.
Il-poeta huwa dak
il-vjaggatur li jrid “iterraq sa ma jasal/ f’riglejn il-kurcifiss’, u biss jasal hemm ma jistax jevita t-triq unika tat-tbatija, dik it-triq wieqfa tal-gholja “tal-golgota”.
Din ix-xorti ta’ tbatija
huwa mgieghel jghaddi minnha l-poeta mill-bidu sa’ lahhar ta’ hajtu, “il-golgota twelidu/ il-golgota xortih”.