Maltese, Grammar Flashcards
X’inhu l-għadd imtenni? Agħti l-eżempji.
- Dejjem huma par (dejjem tnejn)
- Jispiċċaw “-ajn” jew “-ejn”
Eżempju:
sieq - saqajn
widna - widnejn
X’inhu l-kollettiv u l-karatteristiċi? Agħti l-eżempji.
-Ġabra t’oġġetti tal-istess għamla, kwalita’ jew tip
-Għalkemm juru sens ta’ plural (kwantita’) jieħdu aġġettiv fis-singular.
Eżempju:
Frott frisk
Frott (nom fil-kolletiv) frisk (aġġettiv fis-singular)
Merħla nagħaġ
Għanqud għeneb
X’inhu plural sħiħ? Agħti l-eżempji.
Iħalli n-nom kif ikun fis-singular u jiżdiedu miegħu xi suffissi bħal:
N: baħriN
IN: ħallelIN
IEN: widIEN
JIEN: għotJIEN
AN: sigħAN
T: xemgħaT
IET: dnubIET
IJIET: ommIJIET
A: ħaddiemA
I: ittra-ittrI
S: wejterS
X’inhu plural miksur? Agħti l-eżempji.
Ibiddel il-qagħda tal-ittri tan-nom fis-singular. Xi nomi għandhom kemm il-plural sħiħ kif ukoll dak miksur.
Eżempji:
fergħa (sing.) - fergħat (pl. sħiħ) - friegħi (pl.mksr.)
xewk (sing.) - xewkiet (pl. sħiħ) - xwiek (pl.mksr.)
bieb (sing.) - bibien (pl.sħiħ) - bwieb (pl.mksr.)
triq ( sing.) - triqat (pl.sħiħ) - toroq (pl.mksr.)
tapit ( sing.) - tapiti (pl.sħiħ) - twapet (pl.mksr.)
tebgħa (sing.) - tebgħat (pl.sħiħ) - tbajja’ (pl.mksr.)
X’inhu in-nom diminuttiv? Agħti xi eżempji. (Hemm 3 tipi)
Juri xi ħaġa ċkejkna jew ħelwa.
Eżempji:
xiħ - xwejjaħ/xwejħa
ġnien - ġnejna
Id-diminuttiv maskil isir billi tnaqqas xi ittri u żżid waħda minn - ejja, ajje, ajja, ejju - f’nofs il-kelma. In-nomi diminuttivi maskili m’għandhomx plural.
Eżempji:
sabiħ - sbEJJAħ
qasir - qsAJJAr
tifel - tfAJJEl
fqir - fqAJJAr
dgħif - dgħAJJEf
ħelu - ħlEJJU
Id-diminuttiv femminil isir billi tnaqqas xi ittri u żżid aj jew ej f’nofs il-kelma jew ‘a’ f’tarf il-kelma. Xi aġġettivi diminuttivi femminili joqogħdu wkoll għall-plural bħal ngħidu aħna sbejħa, qsajra, dgħajjfa.
Eżempji:
tifla - tfAJla
ħobża - ħbEJża
tieqa - twEJqa
ras - rwEJsa
triq - trEJqa
ħabel - ħablA
sieq - swEJqa
id - wEJda
satal - satlA
X’inhu nom verbali? Agħti xi eżempji.
Dawn juruna l-azzjoni mibdula f’nom.
Eżempji:
ħabat - ħabta
beka/bkiet - bikja
ħataf - ħatfa
mesħu - mesħa
kisru - kisra
waqfet - waqfa
X’inhu nom minmmat? Agħti xi eżempji.
Dawn huma n-nomi kolla li jibdew bl-ittra M u jiġu mill-verb jew minn xi nom ieħor. Dawn juru post, għadda jew kwalita’.
Eżempji:
- Posijiet
- masġar
- mitjar
- misraħ
- mansab
- maħżen
- mogħdija
- mergħa
- Mistra
- Għodod
- mgħażaq
- mħakka
- miżien
- muftieħ
- mrewħa
- musbieħ
- munqar
- mera
- moqdief
-Kwalitajiet
- mibegħda
- mġiba
- mħabba
- mistrieħ
-Oħrajn
- midneb
- miġja
- mogħdrija
- mixgħela
- maħfra
- Milied
X-inhu stat kostrutt? Agħti l-eżempji.
Dan isir billi ngħaqqdu żewġ nomi ma’ xulxin, inwaqqgħu l-ewwel artiklu u nibdlu l-kelma ta’/tal- f’artiklu.
Eżempji:
ix-xagħar tat-tifla - xagħar it-tifla
is-sehem tal-mara - sehem il-mara
Bħala regola, l-stat kostrutt, ikun nom + artiklu + nom. Iżda meta t-tieni nom ma jiħux artklu, dan ma jinkitibx.
Eżempju:
l-għajnejn ta’ Toni - għajnejn Toni
Meta l-ewwel kelma tkun fil-femminil utispiċċa bil-vokali ‘a’ l-kelma tieħu t-‘t’ marbuta.
Eżempju:
il-mara ta’ Nikol - marT Nikol
il-kelma tan-nanna - kelmeT in-nanna
X’inhu partiċipju passiv Semitiku? Agħti xi eżempji.
Juri xi ħaġa li ġrat.
Isir biż-żieda tal-konsonanti m.
Eżempji:
qatel - maqtul
maqtula
maqtulin
Jinqasm f’dawn il-forom:
- Il-partċipju passiv tal-verbi semitiċi trillitteri:
- Sħaħ u Torox : mvkkuk
Eżempji:
mvkkuk mvkkuka mvkkukin
Seraq - misruq misruqa misruqin
Ħabb - maħbub maħbuba maħbubin
- Sħaħ u Torox : mvkkuk
X’inhu verb tal-ewwel forma?
- Dan il-verb huwa meqjus ukoll bħala l-forma ewlenija.
- Il-verb l-aktar bażiku u sempliċi (1v2v3)
Agħti eżempji ta’ verbi fl-ewwel forma (perfett jew imperfett).
Perfett Imperfett
- Ktibt - Nikteb
- Ħriġt - Toħroġ
- Sema’ - Jisma’
- Għalqet - Tagħlaq
- Morna - (i)mmorru
- Ħassejtu - Tħossu
- Ġrew - Jiġru
X’inhi t-tieni forma?
- Issir billi tirdoppja l-kosonanti tan-nofs tal-mamma
tal-verb ewlieni (1v22v3).
Biddel kiser, waqa’, miet u ċokon għat-tieni forma.
- Kiser - kiSSer
- Waqa’ - waQQa’
- Miet - meWWet
- Ċokon - ċeKKen
X’inhi l-ħames forma?
Issir billi żżid il-konsonanta ‘t’ quddiem il-verb fit-tieni forma. Iżda meta l-verb jibda b’waħda mill- konsonanti: ċ, d, ġ, s, x, z, ż, it-‘t’ tinbidel u ssir bħalhom (t1v22v3).
Biddel kiser, waqa’ miet u ċokon fil-ħames forma.
- Kiser - TkiSSer
- Waqa’ - TwaQQa’
- Miet - TmeWWet
- Ċokon - ĊċeKKen