Kritika Letterarja tal-Poeżija Flashcards
Epistola
Poeżija li tieħu l-forma ta’ ittra
Bisillabu
Vers magħmul minn żewġ sillabi
Ternarju
Vers magħmul minn tliet sillabi
Kwaternarju
Vers magħmul minn erba’ sillabi
Kwinarju
Vers magħmul minn ħames sillabi
Senarju
Vers magħmul minn sitt sillabi
Settenarju
Vers magħmul minn seba’ sillabi
Ottonarju
Vers magħmul minn tmien sillabi
Novenarju
Vers magħmul minn disa’ sillabi
Dekasillabu
Vers magħmul minn għaxar sillabi
Endekasillabu
Vers magħmul minn ħdax-il sillaba
Vers Tronk
L-aċċent jaqa’ fuq l-aħħar vokali, allura nżidu sillabu.
Vers Wati
L-aċċent jaqa’ fuq il-vokali ta’ qabel tal-aħħar.
Vers Ħieles
In-numri ta’ sillabi fil-versi jvarja.
Distiku
Strofa ta’ żewġ versi
Terzina
Strofa ta’ tliet versi
Kwartina
Strofa ta’ erba’ versi
Kwintett
Strofa ta’ ħames versi
Sestett
Strofa ta’ sitt versi
Septett
Strofa ta’ seba’ versi
Ottava
Strofa ta’ tmien versi
Kwartina Saffika
Kwartina fejn l-ewwel tliet versi jkunu endekasillabi (11 sillabi), u r-raba’ vers ikun kwinarju (5 sillabi) jew settenarju (7 sillabi)
Vers Maħlul
Id-daqs tal-istrofi jvarja
Sunett Ingliż
Poeżija magħmula minn tliet kwartini (4 versi) , u distiku (2 versi)