Il-Figuri tat-Taħdit Flashcards
Anafora
Ripetizzjoni tal-kelma fil-bidu ta’ għadd ta’ sentenzi/versi.
Epiżewski
Ripetizzjoni ta’ kelma jew aktar wara xulxin biex issir enfasi ta’ xi ħaġa.
Polisindeto
It-tirbit ta’partijiet ta’ frażi b’użu ta’ konġunzjoni ‘u’ mtennija.
Ripetizzjoni
Il-kitba mill-ġdid ta’ kliem jew frażijiet għal diversi drabi fis-silta.
Anadiplosi
Ir-ripetizzjoni ta’ kelma jew frażi fl-aħħar tas-sentenza/vers u fil-bidu tas-sentenza/vers li jmiss.
Alliterazzjoni
Ir-ripetizzjoni tl-istess ħoss f’għadd ta’ kliem li jista’ jsir permezz ta’ vokali u konsonanti.
Onomatopea
Kelma li turi l-ħoss li trid tfisser Eż: jgelgel, iħaxwex…
Mistoqsija retorika
Mistoqsija poġġuta f’test letterarju.
Interjezzjoni
Esklamazzjoni biex turi għadd ta’ sentimenti bħal stagħġib, ferħ, dwejjaq, niket, uġigħ…
Retiċenza
Puntini użati fl-aħħar tas-sentenza sabiex joħolqu efett fuq il-qarrej.
Asindeto
In-nuqqas tal-konġunzjoni ‘u’ bejn għadd ta’ kliem wara xulxin. Eż jonfoħ, jitħabat, jilheġ. – Il-‘barri’ ta’ Ġorġ Pisani.
Apostrofi
Indirizz poetiku.
Ewfemiżmu
Mod ta’ taħdit jew kitba li biha titnaqqas il-kruha ta’ ħaġa. Eż mar għand Alla jiġifieri miet.
Sineddoke
Issemmi parti minn xi ħaġa biex tinftiehem il-ħaġa sħiħa. Eż dar – familja, saqaf- dar, ħobża – ikel ….
Iperbole
Esaġarazzjoni magħmula apposta biex tenfasizza xi ħaġa partikolari.
Fallaċċja patetika
Meta t-temp jikkundizzjona burdata jew jantiċipa x’ser jiġri ‘l quddiem.
Gradazzjoni
Hija bħal ‘snowball effect’ jew ballun tas-silġ. It-tqegħid tal-ħsieb li jiżdied jew jitqawwa sakemm jilħaq il-qofol tiegħu.
Klajmakx/climax
Meta s-silta tilħaq il-qofol tagħha, u dan ikun mistenni mill-qarrej.
Anti-climax
Meta jseħħ xi ħaġa li mhix mistennija mill-qarrej u ġġib ħasda.
Introspezzjoni
Il-mument meta l-kittieb /poeta tidħol f’qoxritha u tanalizza l-ħsibijiet moħbija fil-psike tagħha biex tifhem lilha nnifisha.
Retrospezzjoni
Riflessjoni tan-narratur/poeta dwar il-passat.
Riflessjoni eżistenzjali
Ħsieb profond fuq l-eżistenza umana.
Klixe’
Idea/frażi sterjotipata jew użata ta’ spiss.